Metodi ta ' kontra l-ugigh waqt il-hlas
pregnant woman

Metodi ta ‘ kontra l-ugigh waqt il-hlas

Kull mara tkun tixtieq tkun taf kemm se tkun muguwgha waqt il-hlas. Izda din il-mistoqsija hija diifficli li twegibha b’certezza. Il-mara tqila tista’ tipprepara lilha nnifisha billi tkun taf x’metodi ta’ kontra l-ugigh jezistu, u kif dawn jistghu jaffetwaw lilha u lit-tarbija.

Il-fatt li jkollok lil xi hadd jakkompanjak waqt il-hlas, jaghmel differenza kbira fuq kif thossok waqt il-process. Meta jkollok lil xi hadd li tafda u li jissaportjak mieghek, dan jghinek tibni il-kunfidenza u l-abilta’ biex tiggieled l-ugigh ahjar.

Il-metodi ta’ kontra l-ugigh li jezistu huma:

  1. ‘Entonox’
  2. Opjati
  3. ‘Epidural’

‘Entonox’

‘Entonox’ huwa gass maghmul minn hamsin fil-mija ‘nitrous oxide’ u hamsin fil-mija ossignu. L-‘entonox’ tircievih billi tiehu nifs minn go maskra. Inti tikkontrolla kemm tiehu ‘entonox’, izda l-importanti li tuzah sew. Dan ifisser li tiehu nifs biss meta thoss xi weggha gejja, halli jkun jista’ jghinek meta l-ugigh ikun fl-aghar tieghu. Jekk tuza l-‘entonox’ ghal hin twil jista’ jgieghlek thossok naqra storduta.

Vantaggi Zvantaggi
Int tikkontrolla kemm tiehu. Peress li huwa gass, jitlaq mis-sistema malajr. L-ugigh ma jitlaqx ghal-kollox.
Ma jaghmilx hsara lit-tarbija. Nixfa fil-halq.

Opjati

Ezempju: ‘pethidine’

Il-‘pethidine’ hija titqiba li tinghata f’muskolu gewwa d-driegh jew fil-koxxa. Tibda tahdem wara 20 minuta u l-effett taghha jdum bejn saghtejn sa erbgha sighat.

Vantaggi Zvantaggi
It-titqiba tista theddlek daqsxejn u ghalhekk idghajjiflek l-ugigh. Il-‘pethidine’ tista’ ggieghlek thoss naqra dardir. F’kaz li jigri hekk, tista tinghata xi medicina ohra biex tnaqqas dawn is-sintomi.
Ma ttawwalx il-hlas, jekk dan ikun ga beda. Meta t-titqiba tinghata vicin it-twelid tat-tarbija, it-tarbija tista ddum ftit biex tibda tiehu n-nifs. F’dan il kaz, tkun trid tinghata medicina ohra lit-tarbija.

It-tarbija tista wkoll titwieled naqra mheddla. Din tista taffettwa meta t-tarbija tigi biex tixrob l-halib.

‘Epidural’

L-anestetisti huma dawk it-tobba li jaghtu il-loppju u li jiehdu hsieb din il-procedura. L-‘epidural’ tista tinghata meta l-omm tahseb li ghandha bzonnha, biex tnaqqas u tnehhi l-ugigh, u is-soltu ssir lejn il-bidu ta’ l-ewwel stadju tal-hlas.

Il-procedura tinvolvi li, permezz ta’ labra specjali, jigi mghoddi pajp irqiq u fin hafna fl-ispazju epidurali. Il-loppju li jinghata minn go dan il-pajp, ikun qieghed iraqqad in-nervituri li johorgu minn go dan l-ispazju. Il-procedura is-soltu tiehu daqs hmistax jew ghoxrin minuta, u l-loppju jibda jahdem daqs ghaxar minuti wara li jinghata. Ikun hemm bzonn li ssir labra fil-vina (‘IV cannula’), halli nqabbdu drip maghha, u hafna drabi jitpogga pajp tal-pipi, peress li tista zzommlok il-pipi jew ma thosshiex, waqt li jkollok il-loppju ghaddej permezz tal-‘epidural’. Jistghu wkoll jorqdulek saqajk xi ftit, u ghalhekk ikun difficli jew impossibli li timxi, ghalkemm tkun tista ddur jew ticcaqlaq.

Ghal din il-procedura:

  1. Tkun trid jew tpoggi bilqeghda fit-tarf tas-sodda, jew inkella timtedd fuq il-genb tieghek. L-iktar haga importanti hija li zzomm dahrek mghawweg kemm jista il-quddiem, halli jinfetah l-ispazju bejn l-irkiekel ta’ dahrek.
  2. It-tabib tal-loppju jilbes kappa, ‘gown’ u par ingwanti u joqghod attent biex il-procedura tkun ‘sterile’.
  3. Jahsillek il-parti t-isfel ta’ dahrek b’likwidu sterilizzanti u jghattilek dahrek b’xugaman tal-karti, apparti fejn se ssir il-procedura.
  4. L-anestetist jtik tingiza fil-gilda u taht il-gilda bi ftit loppju lokali, halli ma thossx ugigh jew skomdu meta jigi biex jghaddi il-pajp tal-‘epidural’. Hawnhekk hemm cans li thoss daqsxejn ta’ hruq f’dahrek.
  5. Fl-ahhar bicca tintuza labra specjali li minn go fiha jiddahhal pajp irqiq u fin, li mbaghad jigi mghoddi fl-ispazju epidurali. Minn go dan il-pajp jinghata loppju lokali forma ta’ likwidu. Hemm cans li thoss kemmxejn ghafsa jew pressa f’dahrek jew qisu xokk zghir li jghaddi wahdu fi zmien ftit sekondi. Importanti hafna li ma ticcaqlaqx waqt din il-procedura u li tavza lit-tabib tal-loppju jekk thoss li gejja weggha (‘contraction’), halli jieqaf milli jipprocedi, sakemm din tghaddilek. Dan ghaliex hemm iktar cans li tista ticcaqlaq waqt weggha, bir-riskju li l-labra tista tidhol fil-fond wisq jew sahansitra taghmel hsara f’dahrek.

 

Effetti ta’ l-‘epidural’

Wara li tinghata il-loppju tal-‘epidural’, thoss bhal sensazzjoni ta’ shana u tnemnim. Saqajk jistghu jitilfu xi ftit sahha. Id-dosa tal-medicina li tinghata gol-pajp tal-‘epidural’ tista tigi kkontrollata mit-tabib tal-loppju, u dan jista jzidlek id-doza tal-‘epidural’ jekk ikollok bzonn waqt il-hlas, kif ukoll wara, jekk tkun tehtieg xi ponti wara t-twelid.

Wara l-‘epidural’

Wara li jghaddi l-effett tal-loppju tal-‘epidural’, l-ahjar li tibqa’ mistrieha sakemm terga’ tigik lura s-sahha f’saqajk. Dan jista’ jiehu ftit sighat. Tista’ zzomm, tiehu hsieb, kif ukoll tredda lit-tarbija waqt dan il-perjodu.

Min jista’ jkollu ‘epidural’

Nisa tqal li ghandhom cans pjuttost kbir ta’ cesarja jew ta’ hlas assistit. Hlas li qed jiehu fit-tul.
Aktarx ideja tajba f’nisa tqal bil-pressjoni gholja jew b’hafna piz zejjed.

Min ma jistax ikollu ‘epidural’

Min ghandu ‘spina bifida’, min kellu certu operazzjonijiet f’dahru fill-passat, jew certu mard tad-demm.

Vantaggi Zvantaggi
Ma thossokx storduta L-‘epidural’ jista jzid xi ftit ir-riskju li jkun hemm bzonn jintuza ‘ventouse’ jew ‘forceps’, ghax jista’ jaghmilha iktar difficli biex timbotta waqt it-twelid (14%). Minghajr ‘epidural’ dan ir-riskju huwa xorta ta’ 7%.
Huwa l-iktar mod effettiv biex tnehhi l-ugigh tal-hlas. Izda wiehed f’ghaxra jista ma jahdimx sew, u jekk dan ikun il-kaz, ikollu bzonn jitnehha u jergha jsir mil-gdid. Tista titbaxxa xi ftit il-pressjoni u ghalhekk jkun hemm bzonn id-‘drip’.
Ikun hemm bzonn pajp tal-pipi ghax jista jkun difficli li tghaddi l-pipi.
Ugigh ta’ ras qawwija (1 in 100). Importanti li tfittex l-ghajnuna jekk thoss dan wara l-hlas.
Deni hafif
Hsara temporanja fin-nervituri (1 in 1000)
Hsara permanenti fin-nervituri (1 in 13000)
Ugigh fin-naha t’isfel ta’ dahrek. Izda studji ma juruwx li dan jirrizulta f’ugigh kroniku.
L-anaestetist jista jzid l-medicina tal-‘epidural’ f’kaz li jkollok bzonn ‘ventouse’, ‘forceps’ jew cesarja. Dal-metodu huwa inqas riskjuz kemm ghalik u kemm ghat-tarbija, meta tqabblu mall-loppju generali. It-tieni parti tal-hlas u forsi anke l-ewwel parti tal-hlas tista titwal kemm xejn.
Ma jaffettwax it-tarbija Wahda f’2000 jista jkun li tibqa’ thoss xi tnemnim f’parti minn saqajha wara t-twelid. Dan huwa aktarx kawza tal-hlas innifsu u mhux minhabba l-‘epidural’
L-‘epidural’ lejn l-ahhar tal-hlas jista jkun teknikament iktar difficli minhabba li l-wegghat isiru spissi w ghaldaqstant ikun difficli li ma ticcaqlaqx. Kif ukoll jista ma jibqax bizzejjed hin biex il-loppju jahdem sew u ghalhekk il-mara ma jghaddilhiex l-ugigh.